Volt Malta huwa partit politiku f'Malta u l-fergħa Maltija ta' Volt Europa, partit u moviment politiku pan-Ewropew Ewrofederalista u progressiv, li jippromwovi għal kooperazzjoni Ewropea akbar madwar l-Ewropa.
Volt Malta twaqqaf fl-2020,[1] u ġie rreġistrata bħala partit fit-30 ta' April 2021.[2][3] Dan jagħmilha s-16-il rappreżentant nazzjonali ta' Volt Europa reġistrat bħala partit.[4]
Bħala parti min-netwerk Ewropew, Volt Malta ssegwi metodu pan-Ewropew għal bosta oqsma ta’ politika bħalma huma t-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, l-inugwaljanza ekonomika, il-kunflitt internazzjonali u l-impatt tar-rivoluzzjoni teknoloġika fuq is-suq tax-xogħol.[5]
Barra minn hekk, il-partit ħaseb li jindirizza firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet f’Malta, bħall-korruzzjoni, permezz tal-promozzjoni ta’ governanza trasparenti u separazzjoni tal-poteri, jew protezzjoni ambjentali u tal-klima, permezz ta’ enfasi fuq ekonomija ċirkolari.[6]
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Volt Malta |