Il-pittura hija l-arti li fiha pigmenti jiġu applikati ma' karta, tila, ċeramika, injam jew saħansitra ma' ħajt.[1] Il-proċess bażikament jikkonsisiti f'li jiddellek il-kulur ma' wiċċ. Ir-riżultat ta' dan jaf ikollu l-għan li jimita r-realtà ta' madwarna jew li jirraffigura elementi metafiżiċi jew astratti.[2]
Skont il-mitoloġija Griega, il-pittura nibtet f'Delphi. Imma l-eqdem tpinġijiet li nafu bihom instabu fil-Grotta ta' Chauvet fi Franza u aktarx saru mat-32,000 sena ilu.[3] Fihom hemm żwiemel, rinoċeronti, iljuni, bufli u mammutijiet.
Fil-preżent il-pittura hija waħda mill-iktar forom ta' arti magħrufa u apprezzati.
Il-pittura tiġi kklassifikata bħala arti viżiva.